Il-Kunsill Lokali tan-Nadur fetaħ mill-ġdid Ġnien il-Kunsill wara li sarulu xogħlijiet estensivi grazzi għal fondi Ewropej li l-Kunsill kiseb.
Ix-xogħlijiet f’dan il-ġnien jinkludu:
- bankijiet ġodda li huma aktar komdi u li issa jistgħu jitgawdew minn kulħadd
- bandli ġdid adattat għal kulħadd sabiex kull tifel u tifla jkun jista’ jgawdi dan l-ispazju miftuħ
- arranġamenti f’zona fejn it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu
Dawn ix-xogħlijiet saru bil-għan li t-tfal ikollhom ambjent aktar sigur fejn jilagħbu kif ukoll li dan il-ġnien ikun wieħed aċċessibbli.
Preżenti għal din l-awgurazzjoni kien hemm it-tfal tal-ewwel sena primarja mill-Kulleġġ Għawdxi Dun Salv Vella kif ukoll l-ambaxxatur tal-Kunsill Lokali taż-żgħażagħ fin-Nadur.
//= $special ?>