Lokali

Ikompli l-investiment qawwi mill-MIA

Fil-bini tal-MIA ġie inawgurat uffiċjalment il-priority guest terminal – proġett ambizzjuż b’investiment ta’ €4.5 miljun, li kien beda fl-2024.

Din il-faċilità mill-aktar avvanzata tixhed l-impenn lejn turiżmu innovattiv, ta’ kwalità għolja u li jgħolli l-istatus tal-pajjiż bħala destinazzjoni mill-aktar importanti għal konnettività globali.

It-terminal fih ħames kmamar privati fl-ewwel sular, li kapaċi jakkomodaw sa 34 passiġġier fl-istess ħin.

Mil-lat ta’ estetika, il-lounge area tutilizza ħġieġ u dawl naturali biex tnaqqas id-dipendenza fuq illuminazzjoni artifiċjali, filwaqt li issa tjieb b’mod konsiderevoli l-ispazju għall-passiġġieri.