Sport Sport Ieħor

Il-premju ta’ Wimbledon jiżdied għal £53.5 miljun

(Ritratt: EPA)

Il-premju ta’ Wimbledon se jiżdied b’7% għal rekord ta’ £53.5 miljuni.

Kemm Carlos Alcaraz li rebaħ il-katergorija tal-irġiel, kif ukoll Barbora Krejcikova li rebħet il-kategorija tan-nisa, ħadu £2.7 miljuni kull wieħed. Minn din is-sena r-rebbieħa rispettivi se jkunu qed jieħdu £3 miljun kull wieħed. It-tennisti li se jkunu eliminati fl-ewwel rawnd se jieħdu żieda ta’ 10% għal somma ta’ £66,000.

Minn din is-sena wkoll se jidħol l-użu tat-teknoloġija fejn dan se jġib fi tmiemu l-użu tal-line judges wara 147 sena fejn aktar minn 400 camera ġew imwaħħla madwar il-courts kollha.

It-tournament ta’ Wimbledon se jibda fit-30 ta’ Ġunju u jibqa’ għaddej sat-13 ta’ Lulju.