Lokali

Il-Pulizija u l-BCA kellhom f’ħoġorhom tliet rapporti dwar il-periklu fuq il-binja f’Paceville

Is-sit LovinMalta qed jirrapporta li l-Pulizija kellhom żewġ rapporti dwar il-periklu li ġie kkawżat mis-sit li twaqqa’ fi Triq Paceville. Dan hekk kif sar rapport separat anke mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

Il-Perit Chris Mintoff qal li daħħal l-ewwel rapport fid-9 ta’ Ġunju. Imbagħad sar rapport anke mal-BCA.

Il-Perit tal-binja kien qed jinsisti li saru ħsarat strutturali li kienu ta’ theddida fuq ir-residenti tal-binja u għall-pubbliku.

Mintoff innota li kien hemm ħsarat fil-faċċata, fi twieqi, f’soqfa u anke fil-komun.

Iżda b’mod mill-aktar inkredibbli – dejjem skont dak li qed jiġi irrappurtat – l-awtoritajiet ma għamlu assulutament xejn f’jumejn sħaħ, bejn it-Tnejn u t-Tlieta. Imbagħad, l-Erbgħa filgħodu, il-perit Chris Mintoff mar mal-perit Glenn Zammit biex jagħmlu rapport ieħor mal-Pulizija.

Jirriżulta li bejn nofsinhar u 1pm, 32 persuna ġew evakwati.

Il-binja ġġarrfet fl-10:30pm.

Mal-LovinMalta, il-perit Mintoff qal li f’dan il-każ “kien hemm eżitu fortunat”.