Ir-residenti tal-bini li ġġarraf tard ilbieraħ filgħaxija f’Paceville se jkunu qed jingħataw akkomodazzjoni alternattiva u kull forma ta’ assistenza sabiex jittaffew il-konsegwenzi li qed jaffaċċjaw kawża tat-telfa tar-residenza tagħhom.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kkonfermat illi r-residenti tal-bini li ġġarraf ilbieraħ, se jkunu qed jingħataw l-għajnuna meħtieġa sabiex ikollhom saqaf fuq rashom.
L-Awtorità se tkun qed toffri wkoll għajnuniet professjonali fuq livell emozzjonali.
Intant, il-BCA iddikjarat li se tkun qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tar-residenti li ġew evakwati fejn anke qed jinżamm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
