Sport Sport Ieħor

Jake Stewart jirbaħ il-ħames stadju ta’ Criterium du Dauphine

Il-Britanniku Jake Stewart rebaħ il-ħames stadju ta’ Criterium du Dauphine u l-ewwel tellieqa fil-World Tour fil-karriera tiegħu. Hu għeleb l-isfida ta’ Jonathan Milan fl-aħħar ftit kilometri.

Remco Evenepoel li jinsab fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali, kellu inċident fl-aħħar 500 metru li tefgħu kemxejn lura. Hu xorta waħda baqa’ jżomm l-ewwel post.

F’kummenti wara t-tellieqa, Stewart qal li jħossu tajjeb ħafna. Hu mistenni jikkompeti fit-Tour de France li se jibda x-xahar id-dieħel. L-istadju li jmiss issa se jkun qed isir fl-Alpi Franċiżi, f’distanza ta’ 126.7km f’Combloux.