Martin George Walker, raġel ta’ 48 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa deher l-aħħar il-Marsa u kien liebes flokk aħmar, shorts u pouch iswed. Martin jiffrekwenta l-inħawi tal-Qawra.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>