Internazzjonali

Persuna waħda ssalva fost il-242 persuna abbord l-ajruplan li ġġarraf fl-Indja

Il-passiġġier li kien bilqiegħda fis-siġġu 11A hu l-unika persuna minn 242 persuna li salva mill-ajruplan li ġġarraf fl-Indja.

Vishwash Kumar Ramesh hu ċittadin Ingliż-Indjan li salva, u bħalissa jinsab rikoverat l-isptar. Hu kien mar l-Indja biex iżur il-familja tiegħu.

Filmati fuq NDTV urew ir-raġel jimxi wara li ħareġ mill-ajruplan.

Ramesh sostna li ftit sekondi biss wara li telaq l-ajruplan semgħu ħoss qawwi, mbagħad iġġarraf l-ajruplan ftit wara. Hu qal li meta rrealizza x’ġara, hu qam u ġera.

Kien hemm ukoll mara li għexet minħabba li tilfet it-titjira. Bhoomi Chauhan tilfet it-titjira b’10 minuti biss minħabba li weħlet fit-traffiku. Chauhan kienet qed titlaq mill-ajruport biex tmur lura d-dar xħin seħħ l-inċident. Hi kienet sejra l-Ingilterra biex taħdem u biex tiltaqa’ mar-raġel tagħha.