Lokali

AĠĠORNATA: Raġel miż-Żejtun jitlef ħajtu fl-inċident li seħħ f’Wied il-Għajn

Ċiklist ta’ 67 sena residenti ż-Żejtun tilef ħajtu wara inċident f’Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am, fil-bypass ta’ Wied il-Għajn. Jirriżulta li seħħ impatt bejn van Peugeot Partner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju, Nissan March li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 43 sena u ċiklist ta’ 67 sena residenti ż-Żejtun.

Skont kelliema għall-Pulizija jidher li fin-Nissan kien hemm ukoll Taljana ta’ 38 sena li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, u rriżulta li sofriet minn ġrieħi ħfief.

Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, iżda huwa kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ħatar inkjesta.