Lokali

“Se jintesa kollox sempliċiment għaliex ma miet ħadd?” – Isabelle Bonnici

Wara li lbieraħ iġġarrfet il-binja fi triq Paceville, omm Jean-Paul Sofia, Isabelle Bonnici tkellmet fuq il-midja soċjali u staqsiet x’ser ikun qiegħed jiġri issa, filwaqt li saħqet li dan il-każ traġiku, li seta’ kien fatali, m’għandux jintesa għas-sempliċi raġuni li ma miet ħadd.

Hi tkellmet ukoll fuq il-problemi varji li hemm f’dan is-settur u kif ma jistax ikun li nħallu dawn l-affarijiet ikomplu jseħħu f’pajjiżna.

Isabelle Bonnici irrimarkat li flimkien, kif kien ġara fil-każ ta’ binha, il-poplu jista’ jingħaqad sabiex ma nibqgħux nitfgħu f’periklu liċ-ċittadini. Filwaqt li għalqet b’messaġġ ċar favur riformi ta’ veru sabiex “uliedna ma jibqgħux imutu”.