Minn Jannar 2024 sal-25 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet 110 spezzjonijiet, fil-lokalità tan-Naxxar dwar skart imqiegħed barra meta mhux suppost kif ukoll dwar nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi.
Dan kien konfermat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika fil-Parlament wara li kienet mistoqsija mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea dwar kemm saru spezzjonijiet mill-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fir-rigward ta’ skart imqiegħed barra meta mhux suppost, kif ukoll ksur ieħor relatat mar-rimi taż-żibel,minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Jirriżulta wkoll li f’San Pawl il-Baħar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 209 ittra ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi. Fir-rigward ta’ skart maħruġ barra meta mhux suppost, l-ERA ħarġet 170 multa amministrattiva.
Fil-lokalità tal-Mellieħa, minn Jannar 2024 sal-25 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet żewġ ittri ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi. Fir-rigward ta’ skart maħruġ barra meta mhux suppost, l-ERA ħarġet żewġ multi amministrattivi.
Fin-Naxxar, minn Jannar 2024 sal-25 ta’ Mejju 2025, l-ERA ħarġet għaxar ittri ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi. Fir-rigward ta’ skart maħruġ barra meta mhux suppost, l-ERA ħarġet tliet multi amministrattivi.
Fl-Imġarr, Malta, fl-istess perjodu l-ERA ħarġet ittra waħda ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart.
//= $special ?>