F’Jannar ta’ din is-sena fuq il-kotba tal-Gozo Channel kien hemm impjegati 186 ħaddiem mal-kumpanija li tħaddem il-vjaġġi bejn Għawdex u Malta u li għandha l-bażi tagħha fil-Port tal-Imġarr, f’Għawdex.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Clint Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar biex jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm impjegati fuq il-kotba tal-Gozo Channel f’Jannar ta’ kull sena mill-2013 sas-sena 2025 (inklużi dawk li huma pprovduti minn kuntratturi, bħal cleaners u clerks) maqsumin bil-gradi rispettivi tagħhomi
Il-Ministru Clint Camilleri informa lid-Deputat Nazzjonalista fit-tweġiba tiegħu li f’Jannar ta’ din is-sena fuq il-kotba tal-kumpanija kien hemm impjegati 186 ħaddiem.
//= $special ?>