Il-BCA, b’koordinazzjoni mal-Pulizija, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) u mal-Accident and Emergency Unit tal-Isptar Mater Dei, qed twettaq eżerċizzju ta’ evakwazzjoni fi Triq San Ġorġ, f’Paceville – fiz-zona affettwata mit-tiġrif tal-binja, jumejn ilu.
Dan kien ikkonfermat mill-BCA stess permezz ta’ stqarrija. Net News jista’ jikkonferma li b’kollox ġew evakwati 40 persuna.
Mhux magħruf eżatt għaliex dan il-proċess inbeda illum – jumejn wara li seħħ il-każ.

It-traġedja tal-Erbgħa setgħet kellha konsegwenzi ferm aktar gravi peress li l-binja waqgħet f’nofs ta’ triq, f’zona frekwentata ferm minn żgħażagħ u turisti. Fil-fatt, it-tiġrif spiċċa f’nofs Triq Paceville, filwaqt li l-konkos u t-terrapien waqa’ wkoll lejn is-sit ta’ kostruzzjoni – kantuniera ma’ Triq Gort.
L-iżviluppaturi qed jinsistu li l-binja ma ċedietx minħabba x-xogħol f’dan is-sit, imma minħabba difetti strutturali.
Il-BCA u l-OHSA qed jgħidu li se jkomplu jkunu preżenti fil-post u se jkomplu jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-persuni milquta minn dan l-inċident li seta’ kellu effetti traġiċi li kieku ma kienx hemm żewġ periti li wissew dwar il-perikli li kien hemm.



Intqal ukoll li se tiġi offruta akkomodazzjoni alternattiva temporanja lill-persuni li ġew evakwati dalgħodu mid-djar u l-appartamenti tagħhom.
//= $special ?>