Permezz ta’ fondi Ewropej inbena ġibjun fit-Triq Qasam San Ġorġ, f”Għawdex, biex jilqa’ l-ilma tax-xita.
Din l-informazzjoni ta l-Ministru Clint Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar jgħid x’qed isir min-naħa tal-Ministeru tiegħu biex jittaffa l-periklu fit-toroq ta’ Għawdex kull darba li tagħmel ħafna xita (kif ġara dan l-aħħar), bħal bini ġibjuni taħt l-art, u tindif aktar frekwenti ta’ culverts fit-toroq prinċipali u sekondarji.
Il-Minstru wieġeb li permezz tal-ħaddiema tal-Ministeru jassigura li l-culverts jiġu mnadfa kull meta jkun hemm bżonn imma tal-inqas darba fis-sena. Il-Ministeru permezz ta’ fondi Ewropej bena wkoll ġibjun fit-Triq Qasam San Ġorġ biex jilqa’ l-ilma tax-xita.
B’hekk fis-sajf il-bdiewa jkunu jistgħu jużaw dan l-ilma għat-tisqija.
//= $special ?>