Il-Gvern se jagħti tweġiba f’xi seduta oħra dwar il-klassijiet fil-‘kontejners’ fl-Iskola Primarja tar-Rabat. Malta.
Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima għal mistoqija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjon jgħid meta ser ikunu qed jitneħħew il-klassijiet fil-‘kontejners’ mill-Iskola Primarja tar-Rabat, Malta.
L-itsess wieġeb, li se jagħti tweġiba f’xi seduta oħra tal-Parlament għall-mistoqsija tal-istess Deputat Nazzjonalista dwar kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) neqsin mis-sistema edukattiva u kemm hemm studenti li qed jistennew li jingħataw LSE.
//= $special ?>