Il-Prim Ministru Pedro Sánchez ġie kkritikat wara li s-segretarju tal-Partit Soċjalista, Santos Cerdán, kien akkużat b’korruzjoni u tixħim f’kuntratti pubbliċi.
Sánchez ammetta li hu u l-partit ma kellhom qatt jafdaw lis-segretarju. Iżda xorta ma rriżenjax.
Rally li sar kontra l-Prim Ministru matul l-aħħar tal-ġimgħa, tefa’ aktar pressjoni fuq il-Prim Ministru Soċjalista. Bil-Kap tal-Oppożizzjoni, Alberto Núñez Feijóo, jemmen li Sánchez għandu jirriżenja wara dan l-iskandlu.
Sánchez talab il-maħfra mingħand il-poplu. Madankollu, hu sostna li ma kienx konxju tal-iskandli li ddeffes ruħu fihom Cerdán. U nsista li se jkompli l-proġett politiku tiegħu sal-elezzjoni li jmiss, sentejn oħra.
//= $special ?>