Lokali

Is-sitwazzjoni ta’ Paceville: skont il-Ministru Jonathan Attard hija spjaċevoli

Jekk qed tgħidli hux spjaċevoli li jkollok sitwazzjoni bħal din fil-qalba ta’ zona turistika mela definitivament li iva hija spjaċevoli.

Kienet din ir-risposta li ta l-Ministru Jonathan Attard lill-ġurnalisti li kienu preżenti f’Paceville fejn ġie kkonfermat li binja oħra tinsab fil-periklu.

Mistoqsi dwar jekk jistax jagħti garanzija li mhux se jkolna sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Ministru naqas milli jagħmel dan hekk kif qal li inċideti bħal dawn kemm jista jkun, jiġu evitati. Bl-unika soluzzjoni tkun li dawn huma sitwazzjonijietli jsiru taħt kwalunkwe liġi u kompla jgħid li għandu jkun hemm l-awtoritajiet neċċessarji.