Sport

L-Umpire Alessandro Amore fl-azzjoni fil-Euro Hockey Challenge 3

L-umpire internazzjonali Malti Alessandro Amore kien parti mill-grupp ta’ uffiċjali li kien qed jikkontrolla logħbiet mill-Euro Hockey Challenge 2 li ntlagħbu fil-belt Litwanja ta’ Siauliai.

Amore, li għandu esperjenza vasta internazzjonali bħala umpire, beda l-ewwel ġurnata tiegħu bħala uffiċjal ta’ riseva fejn seta’ jara aktar mill-viċin l-atmosfera u anke jinnota diversi deċiżjonijiet li bdew jittieħdu.

Fit-tieni ġurnata, Amore ngħata l-opportunità li jikkontrolla logħba bejn Roslagens u Furuset fejn kellu wirja tajba ħafna.

Dan kollu għenu sabiex jiġi fdat b’logħba oħra bejn Šiauliai Ginstrektė-Akademija u KS Pomorzanin Torun.

Din mhux l-ewwel darba li umpires Maltin marru jikkontrollaw logħob mill-Euro Hockey Challenge fejn bla dubju li din l-esperjenza tkompli ssaħħilhom il-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam.