San Ġwann Tiki Taka A huma r-rebbieħa tas-Super Cup tal-Blackball wara li għelbu lil Qormi Anici Boys 13-11.
Kienet logħba eċċitanti fejn il-Qriema stabbilixxew vantaġġ tajjeb sa tmiem l-ewwel parti għalkemm it-tim minn San Ġwann dejjem baqa’ wara l-avversarji tagħhom. Fit-tieni parti wara li ġab l-iskor indaqs, huma marru għall-ewwel darba minn fuq u minn hemm qatt ma ħarsu lura. Fl-aħħar mill-aħħar, il-boċċa rebbieħa daħħalha Matthias Debono sabiex b’hekk setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet għat-tim tiegħu.
San Ġwann Tiki Taka kellhom lil Matthias Debono, Gabriel Vella, Troy Zammit, Jason Grech, Jason Micallef, Liam Mifsud, Keith Caruana u Charles Dwight filwaqt li Qormi Anici kienu magħmula min Glenn Axiaq, Christopher Mills, Darren Micallef, Robert Bugeja, Brandon Bonnici u Shaun Attard.
Dan kien it-tieni suċċess ta’ San Ġwann fi ftit jiem wara li l-ġimgħa l-oħra huma rebħu r-Regional League.
Iktar logħbiet deċiżivi tal-Blackball ikomplu l-Ġimgħa meta tintlagħab il-finali tal-Federation Cup u għal darb’oħra se jiltaqgħu Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers.
//= $special ?>