Sport

Sliema Beach Soccer u La Playa de Arena fl-ewwel post

Ritratt: Jonathan Bugeja

Sliema Beach Soccer u La Playa de Arena jinsabu fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer wara li kisbu disa’ punti mill-ewwel erba’ konfronti tagħhom.

Dawn iż-żewġ naħat lagħbu kontra xulxin matul din il-ġimgħa hekk kif wara li La Playa de Arena rebħu l-ewwel konfront 5-4, it-tieni logħba kienet favur is-Slimiżi li rebħu 5-2.

Sliema kienu fl-azzjoni darbtejn oħra fejn waslu żewġ rebħiet oħra kontra ESS Santa Margherita 7-2 u W/A Agency 8-2.

F’logħba ferm interessanti W/A Agency għelbu lil ESS Santa Margherita 6-5 filwaqt li La Playa de Arena ħadu walk-over kontra dawn tal-aħħar.

Fi tmiem din il-ġimgħa jirritornaw fl-azzjoni Ħamrun wara li kienu impenjat fil-Euro Winners Cup f’Nazare l-Portugall. Il-Ħamruniżi għandhom żewġ konfronti diretti kontra Sliema għada u kontra La Playa de Arena nhar il-Ħadd.

Sadanittant, sar magħruf li ESS Santa Margheri rtiraw minn din il-kompetizzjoni.