Sport Waterpolo

Valletta jaċċertaw fit-tielet sessjoni fil-Premier Promotion Cup u rebħiet għal Ta’ Xbiex u Otters fil-Meridianbet Cup

VALLETTA PEAK INSURANCE…… 23

MARSAXLOKK MFF…………..…….. 15

(7-7), (2-2), (8-3), (6-3)

Valletta Peak Insurance żammew mal-aspettattiva u kisbu l-ewwel tliet punti biex resqu pass eqreb li jikkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier. Permezz tar-regoli l-ġodda li ġew introdotti fosthom it-tqassir tal-pitch, il-logħba ġiet aktar movimentata u żdiedu l-gowls f’kull logħba.

Marsaxlokk żammew mal-avversarji sal-ewwel żewġ sessjonijiet, bid-distakk qatt ma kien ta’ aktar minn żewġ gowls bejn it-timijiet. Id-debuttant Nikola Bogdanovic ħalla impatt għal Marsaxlokk u kien il-ħolqa biex ix-Xlukkajri baqgħu qrib l-avversarji.

Kien fit-tielet sessjoni li Valletta ħadu l-kontroll tal-logħba. L-ewwel ħadu vantaġġ ta’ 12-9 u wara li Sean Mifsud u Bogdanovic naqqsu d-distakk, Valletta skorjaw erba’ darbiet oħra. B’distakk ta’ 16-11, Marsaxlokk qatt ma rkupraw u l-Beltin ikkontrollaw tul l-aħħar sessjoni.

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (4), M. Carani, J. Sciberras (5), S. Busuttil (1), J. Colombo, M. Zammit (3), I. Nagaev (5), K. Borg (1), K. Erdogan (1), M. Chircop (2), K. Cremona (1), G. Borg

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (2), N. Bogdanovic (7), A. Aquilina, R. Spiteri, L. Montebello Brownrigg, S. Mifsud (2), J. Pawley, R. Galea (3), J. Borg Tabone, A. Fava, A. Cook, B. Lewis (1), Z. Cutajar Licari

Referees: Roberta Grillo, Alex de Raffaele

Rebħiet għal Ta’ Xbiex u Otters fil-Meridianbet Cup

Il-kompetizzjoni fuq rawnd bejn l-erba’ timijiet ċerti li se jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni bdiet ilbieraħ, b’Ta’ Xbiex Amigos kisbu rebħa komda kontra Marsaskala Optima Projects 20-13. Għal Ta’ Xbiex għamel id-debutt il-kowċ veteran Sergio Afric li kien qed jirritorna fix-xena lokali. Ta’ Xbiex qatt ma kienu minn taħt fil-logħba u sal-ewwel parti saħansitra kellhom vantaġġ ta’ 8-2.

Marsaskala wettqu reazzjoni u bi bravura l-ewwel naqqsu d-distakk għal 8-4 u saħansitra resqu għal 9-7 sakemm Ayrton Camenzuli żamm il-vantaġġ ta’ tliet gowls. Fit-tielet sessjoni, Gergo Kovacs u Nick Rizzo naqqsu d-distakk għal gowl iżda Ta’ Xbiex wieġbu b’ħames gowls konsekuttivi, wessgħu d-distakk għal 15-9 u prattikament aċċertaw mir-rebħa, liema rebħa ssiġillawha fl-aħħar sessjoni.

Fl-ewwel logħba tal-ġurnata, Otters Nivea bdew fuq nota pożittiva. It-tliet gowls kmieni wittew it-triq għar-rebħa ta’ Otters. Dan minkejja li Barracudas irnexxielhom jidħlu fil-logħba hekk kif minn 8-2 distakk kmieni fit-tieni sessjoni, resqu żewġ gowls bogħod. Madankollu sa tmiem is-sessjoni d-distakk reġa’ kiber għal ħames gowls.

Otters komplew jikkontrollaw il-logħba fit-tielet sessjoni u aċċertaw mit-tliet punti biex l-aħħar sessjoni kienet biss formalità, bit-tim ta’ Barracudas seta’ biss iwieġeb għall-gowls tal-avversarji.

OTTERS NIVEA……………. 24

BARRACUDAS……………… 15

(7-2), (5-5), (6-4), (6-4)

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), A. Dimech (2), K. Micallef, M. Meli (2), M. Soler (3), D. Gogov (9), L. Dimech (3), V. Figliomeni, M. Farrugia, P. Tabone (2), Z. Dzanovic, S. Cutajar, C.J. Saliba

Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja (1), A. Magri (1), P. Micallef (1), W. Ruggier, A. Falzon, L. Bowman (1), J. Schembri Young, L. Schiavone, G. Massa, L. Pursehouse (3), A. Vitale (8), I. Schembri, J. Dimech

Referees: Roberta Grillo, Neville Mercieca

MARSASKALA OPTIMA…… 13

TA’ XBIEX AMIGOS…….……. 20

(2-5), (5-5), (5-6), (1-4)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech (1), J. Pace Mizzi (1), N. Spiteri, R. Greco (1), C. Harrison, G. Kovacs (7), K. Grech, G. Sammut (1), M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo (1)

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli (2), L. Grech Carr (5), J. Zammit, M. Manara, F. Scardino (2), R. Pelicaric (9), N. Bonavia (2), J. Culic, Z. Bartolo, A. Formosa, A. Theuma, S. van Wyk

Referees: Attilio Paoletti, Luke Galea

Logħob li jmiss

Is-Sibt 14 ta’ Ġunju

Premier Promotion Cup: Birżebbuġa v Exiles 5.30pm

Tazza tal-President: San Ġiljan v Sirens 6.45pm, Sliema v Neptunes 8.00pm