Lokali

Wirja oħra tal-arti mis-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta

Xogħol tal-artist Martin Formosa

Is-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta qed torganizza is-Summer Pastel Exhibition 2025 bejn l-20 ta’ Ġunju u t-29 ta’ Ġunju 2025.  Din il-wirja tal-arti ser tkun imtella’ fis-Sala Dr Alfred Bonnici u fis-Sala Edward St George f’Palazz Marija Assunta, Triq Rokku Buhagiar, il-Qrendi. 

L-artisti li qed jieħdu sehem f’din il-wirja huma Silvio Agius, Victoria Agius, Mary Clare Albanozzo, Noel Ancilleri, Alexandra Bugeja, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Erika Chircop, Susan Desira, Jason Fenech, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Adrian Hudson, Anthea Mayer, Elaine Mifsud, Catherine Mifsud, Vanni Pule, Elsa Romei u Lady Joanna Wallbank. 

Fil-wirja ser ikun hemm madwar 53 biċċa xogħol u li jinkludu, paesaġġi, ritratti, studji ta’ nudi, veduti tal-baħar, semi astratt u still life.  Din il-wirja qed tittella’ b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Mużikali Santa Marija, Qrendi.   

L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta hu li jkomplu jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament minn naħa tal-pubbliku lejn dan l-istess medium.   

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt, mis-18.00 sad-21.00 u l-Ħdud 22 ta’ Ġunju mill-10.00 sa 12.00 u fid-29 ta’ Ġunju mis-18.00 sad-21.00. Id-dħul huwa bla ħlas.