Lokali

 Ħelisha ħafif wara li tpoġġa probation għal tliet snin

Raġel li kien qed jiffaċċja akkużi relatati mad-droga tpoġġa taħt probation għal tliet snin … bil-każ imur lura għal 13-il sena ilu.  

Lura fl-2012, Simon Kind instab fil-pussess ta’ 17-il grammi ta’ amfetamina. Instabu wkoll mwieżen u envelope li kellu ammont li jlaħħaq il-valur ta’ €4,070 flus kontanti.

Waħda  mill-istqarrijiet li Kind ta lill-pulizija wara l-arrest ġie dikjarat inadmissibbli peress li ma ngħatax l-opportunità li jikkonsulta ma’ avukat qabel ma jagħmel l-istqarrija.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo sabet lill-akkużat ħati ta’ pussess ta’ amfetamina f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali, iżda ma sabitux ħati fuq akkużi ta’ tixrid ta’ kokaina.