Luke Dalli, it-tifel tal-eks Ministru Laburista u eks Kummissarju Ewropew Helena Dalli, inħatar Chairperson Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Arti biex ħa post Albert Marshall.
Dan ħabbru l-Ministeru għall-Kultura hekk kif għal dawn l-aħħar ħdax-il sena, l-eks preżentatur fuq il-midja Laburista, serva bħala Mexxej tat-Taqsima Legali tal-Kunsill u aktar tard bħala COO.
Sar magħruf ukoll li Marshall, li ilu jmexxi l-Kunsill sa mill-2013…se jkompli jservi bħala konsulet..li jfisser se jibqa’ fuq il-kotba tal-Gvern u jitħallas mit-taxxi tal-poplu.
Din hija lista twila ta’ kif in-nepotiżmu u l-establishment Laburista qed ikompli jiddomina kull rokna pubblika.
//= $special ?>