Lokali

Ma jweġġa’ ħadd f’ħabta bejn vettura u karozza tal-Pulizija

Ma weġġa’ ħadd f’inċident li seħħ fi Triq ir-Rebħ il-Gżira għall-ħabta tas-1:!5 ta’ waranofsinhar.

Skont kelliema għall-Pulizija jidher illi l-karozza tal-Pulizija kienet fi triqitha sabiex twettaq xi xogħolijiet, iżda f’salib it-toroq fi Triq ir-Rebħ fil-Gżira kellha impatt ma’ Seat Ateca misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti San Ġiljan.

Dan bir-riżultat li l-karozza tal-Pulizija spiċċat f’kafetterija.

Ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.