SLIEMA FRANK SALT…………. 11
NEPTUNES BEST GYMS…….. 13
(1-1), (4-6), (4-3), (2-3)
Logħba mill-isbaħ, missielta u li tawgura tajjeb għall-istaġun tas-sajf. Neptunes Best Gyms Malta kisbu rebħa fondamentali kontra ċ-champions Sliema Frank Salt minkejja li kienu mingħajr il-captain Stevie Camilleri.
Benji Cachia fetaħ l-iskor għal Sliema iżda d-debuttant Gergo Zalanki ġab id-draw. Fit-tieni sessjoni, il-logħba nfetħet ftit aktar b’Neptunes isibu x-xibka b’diversi gowls maħduma tajjeb iżda Sliema bdew iwieġbu għalkemm ma kinux fil-vantaġġ.
Fit-tielet sessjoni, Neptunes kellhom vantaġġ ta’ 9-5 u sa dak il-ħin deher li kellhom il-kontroll. Hawn bdiet ir-rimonta ta’ Sliema f’ħakka ta’ għajn irkupraw l-iżvantaġġ b’gowls ta’ Jamie Gambin, Liam Galea, id-debuttant Angelo Vlachopulos u Sam Engerer. Xutt b’saħħtu ta’ Zalanki ħalla lil Neptunes 10-9 fi tmiem is-sessjoni.
Vlachopulos ġab id-draw fl-aħħar sessjoni, Matthias Azzopardi u Zalanki taw vantaġġ doppju lil Neptunes, bl-istess plejer jissiġilla r-rebħa wara li Liam Galea kien naqqas id-distakk parzjalment.
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (3), J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia (1), J. Cutajar (1), D. Rizzo, J. Chircop, A. Galea (1), A. Vlachopulos (2), D. Zammit, B. Busuttil, S. Engerer (1)
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze, G. Zalanki (4), L. Mallia, J. Camilleri (1), J. Valletta (1), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada (2), A. Fava (1), M. Azzopardi (2), M. Rossi, E. Mallia (1)
Referees: Attilio Paoletti, Massimo Angileri
SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…… 15
SIRENS BUILD FITNESS…..…….. 9
(3-1), (3-3), (3-3), (6-2)
San Ġiljan MAA Daikin kellhom bżonn l-aħħar sessjoni biex għelbu lil Sirens Build Fitness anki jekk mingħajr il-captain Matthew Zammit li ma niżilx jilgħab. Huma bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni iżda Sirens daħlu fil-logħba u baqgħu qrib l-avversarji għal ħafna mill-ħin.
Il-Ġiljaniżi bdew it-tielet sessjoni 6-4 minn fuq u minkejja li żammew il-vantaġġ, Sirens naqqsu d-distakk għal 8-7. Madankollu gowl lejn tmiem is-sessjoni ta’ Aaron Younger witta t-triq għal San Ġiljan hekk kif fl-aħħar sessjoni skorjaw tlieta oħra wara xulxin biex aċċertaw mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 12-7, liema distakk kiber għal sitt gowls sa tmiem il-logħba.
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja (2), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), M. Zammit, J. Bonavia, B. Plumpton (1), J. Abela (4), N. Zammit (1), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), Z. Attard, G. Bonavia (1)
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (5), P. Borg, J. Cachia, K. Agius (1), M. Ortoleva, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras, Z. Mizzi (1), G. Farrugia, M. Bonello DuPuis, G. Pace
Referees: Roberta Grillo, Ronnie Spiteri
PREMIER PROMOTION CUP
Rebħa importanti għal Exiles
BIRŻEBBUĠA ASC…………… 10
EXILES WELBEE’S……………. 16
(2-3), (1-3), (3-6), (4-4)
Rebħa prezzjuża għal Exiles Welbee’s f’dik li hi meqjusa bħala waħda mil-logħbiet determinanti għal min ikompli l-istaġun fil-Kampjonat Premier. Tliet punti meritati għal Exiles li kellhom il-kontroll tal-logħba.
Permezz ta’ tliet gowls konsekuttivi fit-tieni sessjoni, Exiles bnew vantaġġ ta’ 6-3. Birżebbuġa qatt ma rkupraw minn dan id-distakk. Wara li fit-tielet sessjoni Nicholas Bugelli naqqas id-differenza, it-tim ta’ Niki Lanzon aċċerta mir-rebħa b’ħames gowls wara xulxin u b’vantaġġ ta’ 11-4. Minn hemm huma kkontrollaw sat-tmiem.
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, M. Cassar (1), N. Bursac (2), J. Ciantar (2), J. Borg, J. Abdilla, N. Saliba, D. Farrugia, M. Cutajar (1), M. Mannino, N. Bugelli (4), S. Livori, J. Saliba
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi (2), T. Agius, M. Martellacci (2), M. Fenech (1), K. Griscti (3), K. Averka (7), K. Tanti, K. Navarro, D. Zahra (1), G. Galea Curmi, L. Hyzler
Referees: Attilio Paoletti, Stefan Licari
Kif Jinsabu wara l-ewwel ġurnata
Tazza tal-President: San Ġiljan 3 punti, Neptunes 3 punti, Sliema 0 punti, Sirens 0 punti
Premier Promotion: Valletta 3 punti, Exiles 3 punti, Birżebbuġa 0 punti, Marsaxlokk 0 punti
Meridianbet Cup: Otters 3 punti, Ta’ Xbiex 3 punti, Marsaskala 0 punti, Barracudas 0 punti
Logħob li jmiss
Tazza tal-President
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju: Sirens v Sliema 8.30pm
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju: Neptunes v San Ġiljan 8.30pm
Premier Promotion
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju: Marsaxlokk v Birżebbuġa 6.00pm, Exiles v Valletta 7.15pm
Meridianbet Cup
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju: Otters v Ta’ Xbiex 6.00pm, Barracudas v Marsaskala 7.15pm
//= $special ?>