€160 fis-siegħa. Dawn huwa l-ħlas li oħt il-Ministru Miriam Dalli, u eks ġurnalista mas-Super One, l-Avukat Veronique Dalli…qed idaħħal bħala konsulenza ma’ Transport Malta.
Rapport minn The Shift News żvela kif Dalli kompliet taħtaf aktar impjiegi mal-Gvern wara li l-Qorti Ewropea rrifjutat li tlaħħaqha Imħallef fl-Ewropa.
Il-konsulenza ingħatat fl-2023, kuntratt mingħajr sejħa pubblika jew proċess kompetittiv – b’Dalli toffri konsulenza legali lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija…b’cap finanzjarju ta’ €10,000.
The Shift komplew jispjegaw li l-kuntratt jagħtiha wkoll permezz sabiex tiddelga x-xogħol tagħha lil junior associate mill-kumpanija legali tagħha.
Fil-passat Dalli kienet konsulenta ma’ Infrastructure Malta kif ukoll kienet magħżula bħala segretarja tal-bord tal-Enemalta…. kumpanija li taqa taħt ir-resposabbiltà Ministerjali ta’ oħtha.
Dan filwaqt li hija wkoll rappreżentanta tal-Partit Laburista fuq il-Kummissjoni Elettorali.
//= $special ?>