Raġel ta 29 sena mill-Gzira magħruf sew mal pulizija fic ċirku tad droga baqa jinżamm arrestat wara li ġie akkużat bi vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu li ilhom flimkien biss tlett xhur. Isem l-akkużat mhux qed jissemma’ biex tiġi protetta l-identità tal-allegata vittma.
L-ispettur Omar Zammit spjega li l-vittma kienet diġà għamlet rapport fil-konfront tiegħu wara biss xahar joħorġu flimkien fejn kienet sofriet ġrieħi ħfief. Jumejn ilu reġgħet għamlet rapport ieħor wara li reġgħet sfat msawwta fejn din id-darba risk assessment gie meqjus li qeghda f’periklu serju li tigi maqtula minn dan il ġuvni. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
L-Avukat tad difiza talbet ħelsien mill arrest fejn qalet li din il-koppja ma jgħixux flimkien u ommu lesta li tgħinu. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat anke minħabba l-fatt li ftit xhur ilu l-istess akkużat kien nstab ħati mill-qorti fuq reati ta vjolenza domestika fuq sieħba oħra tiegħu u ingħata sentenza sospiża. Il-Maġistrat Micallef Stafrace ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>