Internazzjonali

Ramesh  hu l-unika passiġġier li salva fit-tiġrif tal-ajruplan fl-Indja

Ahmedabad, Jun 13 (ANI): Prime Minister Narendra Modi meets and enquires about the health condition of Vishwashkumar Ramesh, the lone survivor of the Air India AI-171 flight crash, at a hospital in Ahmedabad on Friday. (ANI Photo)

Kollox jindika li l-unika passiġġier li salva fit-tiġrif tal-ajruplan tal-linja nazzjonali Indjana qal li għadu sa issa ma jistax jemmen kif salva.

Vishwashkumar Ramesh, ta’ 40 sena, kien fost il- passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ abbord l-ajruplan li b’kollox jammontaw għal mitejn tnejn u erbgħin persuna.

L-ajruplan tal-Air India kellu jivvjaġġa lejn l-Ingilterra imma waqa’ ftit minuti wara li telaq. Malli ġġarraf f’binja ħa n-nar bl-uffiċjali għadhom sabu s’issa l-katavri ta’ madwar 200 persuna.

Ramesh, li kien fis-siġġu 11A, qal li n-naħa tiegħu ma ħabtitx mal-binja. Hu spjega kif ra nies imutu quddiemu u għall-ewwel ħaseb li kien se jmut huwa wkoll.

Imbagħad fetaħ iċ-ċintorin tas-sigurtà u ħareġ mill-ajruplan. Fl-isptar instab li Ramesh kellu ġrieħi madwar ġismu kollu imma ma kienx fil-periklu tal-mewt.

Intant, l-awtoritajiet Indjani għadhom qed jinvestigaw it-tiġrif biex jistabbilixxu l-kawża tat-tiġrif.