Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’Għawdex

Sewwieq ta’ mutur mix-Xagħra kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Sant’ Eliżabetta meta għal xi raġuni il-mutur misjuq mir-raġel ta’ 64 sena ħabat f’barrikata u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.