Iċ-ċiklist Slovenjan Tadej Pogacar kompla jsaħħaħ postu fil-quċċata tal-klassifika ta’ Criterium du Dauphine wara li rnexxielu jirbaħ it-tieni stadju konsekuttiv.
Ir-rebbieħ renjanti tat-Tour de France rnexxielu jiftaħ vantaġġ ta’ 12-il kilometru lejn it-tmiem fi stadju li kien twil 132km. Hu temm 14-il sekonda qabel id-Daniż Jonas Vingegaard.
Fil-klassfika ġenerali Pogacar għandu vantaġġ ta’ minuta u sekonda fuq Vingegaard. L-istadju li jmiss li se jsir fil-5 ta’ Lulju se jkun fuq distanza ta’ 133.3km.
//= $special ?>