Atletika Sport

Armand Duplantis jikser ir-rekord dinji tal-pole vault għat-12-il darba

L-atleta Żvediż Armand Duplantis kiser ir-rekord tal-pole vault għat-12-il darba hekk kif irnexxielu jagħmel qabża ta’ 6.28 metru fid-Diamond League li qed isir fi Stokkolma.

Dan kien mument speċjali għall-atleta ta’ 25 sena hekk kif irnexxielu jisker ir-rekord f’pajjiżu stess. Hu kien diġa rnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni hekk kif għamel dan mal-ewwel tentattiv tiegħu.

Qabel din il-kompetizzjoni, Duplantis li rebaħ darbtejn il-midalji tad-deheb fl-Olimpjadi qal li fil-karriera tiegħu kellu xi ħaġa nieqsa b’referenza biex jikser ir-rekord f’pajjiżu stess.