Lokali

Busy Bee u Benna b’rekord nazzjonali: Kannol ta’ 10.76 metru

Kannol ta’ 10.76 metru

Busy Bee flimkien ma’ Benna kissru rekord nazzjonali  tal-itwal kannol qatt reġistrat fil-gżejjer Maltin.

Net News kien preżenti fl-istabbiliment tal-Busy Bee fl-Imrieħel, fejn uffiċjalment ingħata ċċertifkat ta’ rekord nazzjonali mill-Malta Records – rekord tal-itwal kannol b’tul ta’ ‘l fuq minn 10 metri.

 Id-dulċiera tal-kumpanijja spejgaw kif din l-idea tal-Benna waslet quddiemhom minħabba li huma margħufa sew għal kannolli tagħhom. B’din l-idea tintgħoġob  minnufih mill-kumpanijja li aċċettat u bdiet bil- ħidma biex jinkiser dan ir-rekord.

Dan apparti li kien hemm qbil li l-flus li se jinġabru mill-bejgħ tal-istess kannol imorru b’risq Puttinu Cares.

Intant id-dulċier tal-Kumpanija Busy Bee spjega kif dan il-proċess kien wieħed differenti minn tas-soltu – anke minħabba li kellu jiġi użat ċerta apparat speċjali biex ikun jista’ jsir kannoll fuq din l-iskala.ż

Fl-aħħar nett, id-dulċiera rringrazzjaw lill-kumpanijja li tathom din l-opportunità li jaħdmu fuq rekord nazzjonali – filwaqt li nsistew li apparti mill-preġju  personali ta’ rekord,  kien ta’ pjaċir għalihom li kellhom ċans jgħinu nies fil-bżonn fi ħdan Puttinu Cares.