Al Ahly…………………0
Inter Miami…………0
Al Ahly: M. El Shenawy, M. Hany, A. Dari, Y. Ibrahim, A. Nabil Koka, M. Ali Ben Romdhane (H. El Shahat 65′), M. Attia, H. Fathi, E. Ashour (Zizo 14′) (M. Afsha 79′), M. Trezeguet (T. Mohamed), W. Abou Ali (N. Gradisar 79′)
Inter Miami: O. Ustari, I. Fray, T. Aviles (M. Weigandt 46′), M. Falcon, N. Allen, T. Allende (F. Picault 81′), F. Redondo, S. Busquets, T. Segovia (B. Cremaschi 72′), L. Messi, L. Suarez
Referee: A. Faghani (Awstralja)
Draw ta’ mingħajr gowls fl-ewwel partita mit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs bejn Al Ahly u Inter Miami.
Minkejja li ħafna ħasbu li kienu se jkunu Inter Miami l-aktar perikolużi, kienu Al Ahly li kellhom l-aktar mill-inizjattiva matul l-ewwel taqsima fejn ħolqu minn tal-inqas erba’ okkażjonijiet ta’ skor iżda sabu lil Oscar Ustari fl-aqwa forma u wettaq bosta saves.
Fit-42 minuta, Al Ahly ingħataw penalty fejn minn ħdax-il metru Mahmoud Trezeguet ra l-penalty tiegħu jkun salvat minn Ustari.
Fit-tieni taqsima, Inter Miami kienu aħjar u lejn it-tmiem Lionel Messi resaq viċin li jiskorja l-gowl tar-rebħa iżda l-konklużjoni angolata tiegħu ħabtet mal-lasta.
Iż-żewġ timijiet jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar il-Ħamis fejn Al Ahly jilagħbu kontra Palmeiras filwaqt li Inter Miami jilagħbu kontra Porto.
//= $special ?>