Gennaro Gattuso ġie maħtur bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan fejn se jkun qed jieħu post Luciano Spalletti li tkeċċa mill-kariga aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet.
Gattuso bħala plejer lagħab 73 darba għat-tim nazzjonali Taljan fejn kien ukoll wieħed mill-plejers li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006. It-tim Taljan rebaħ l-Euro 2020 iżda naqas milli jikkwalifika għall-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
It-tkeċċija ta’ Spalletti waslet wara t-telfa li l-Italja sofriet kontra n-Norveġja. Gattuso mistenni jkun preżentat lill-midja nhar il-Ħamis. Il-President tal-FIGC, Gabriele Gravina qal li Gattuso huwa simbolu għall-futbol Taljan.
Matul il-karriera tiegħu bħala plejer hu lagħab ma’ Milan u Rangers fost l-oħrajn. Ma’ Milan hu lagħab għal 13-il sena fejn rebaħ s-Seria u darbtejn iċ-Champions League. Minn meta rtira minn plejer Gattuso se jkun qed imexxi l-10 klabb fl-aħħar 12-il sena.
//= $special ?>