Formula 1 Sport

George Russell jirbaħ fil-Kanada, inċident bejn is-sewwieqa ta’ McLaren

Is-sewwieq ta’ Mercedes George Russell rebaħ il-Grand Prix fil-Kanada. Hu rnexxielu jżomm postu fuq quddiem wara li beda mill-Pole Position. Dan kien tmiem il-ġimgħa mpressjonanti għal Russell hekk kif iddomina wkoll il-provi tal-Ġimgħa u s-Sibt.

It-tellieqa ntemmet bis-safety car wara li s-sewwieqa ta’ McLaren, Lando Norris u Oscar Piastri jkunu nvoluti f’inċident bejniethom fejn b’konsegwenza ta’ dan, Norris ikollu joħroġ mit-tellieqa.

Fit-tieni post temm is-sewwieqa ta’ Red Bull Max Verstappen. Kimi Antonelli ta’ Mercedes ukoll temm fit-tielet post biex b’hekk it-tim ta’ Mercedes kellu żewġ sewwieqa fuq il-podju. Oscar Piastri u Charles Leclerc temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Lewis Hamilton kellu tmiem il-ġimgħa kwiet u temm fis-sitt post. Fernando Alonso u Nico Hulkenberg temmew fis-seba’ u t-tmien pożizzjoni. Esteban Ocon għamila fid-disa’ post filwaqt li Carlos Sainz ta’ William għamila mal-ewwel għaxra.