Lokali

Ikompli x-xogħol biex titwaqqa’ l-parti tal-binja f’Paceville li għadha f’periklu imminenti li tiġġarraf

Fis-6:30am, kompla x-xogħol biex titwaqqa’ l-parti tal-binja f’Paceville li għadha f’periklu imminenti li tiġġarraf. Dan wara l-inċident serju li seħħ f’nofs din il-ġimgħa.

Ix-xogħol issokta ma’ dak li sar fil-granet li għaddew biex jitneħħa kull periklu fil-madwar.

Il-BCA fi stqarrija qalet li qiegħda ssegwi mill-qrib l-iżviluppi fis-sit, b’koordinazzjoni mal-Pulizija, il-CPD, l-OHSA, lAccident Emergency Unit ta’ Mater Dei, Transport Malta u l-LESA.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo