“Ser inkomplu nassesjaw u jekk insibu li jkun hemm periklu nagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa”
Hekk saħaq magħna Graham Attard, id-Deputat Direttur tas-CPD, fejn kompla jispjega l-proċess li bih għaddejja l-ħidma sabiex tinħatt il-kumplament tal-binja f’Paceville li, l-Erbgħa li għadda spiċċat iġġarfet.
Graham Attard spjega li issa t-twaqqih jidher li hu kważi lest, madanakollu kompla jgħid li bħala awtoritajiet, flimkien mal-BCA, se jkomplu jassesjaw is-sitwazzjoni u jekk isibu xi periklu se jkunu qiegħdin jiskattaw b’xolgħijiet oħra biex jassiguraw li l-akwata tkun tista’ terġa’ tibda’ topera minajr perikli.
Ritratti : Catriel Farrugia Sghendo





Intant, wara l-inċident tal-Erbgħa filgħaxija, f’din l-akwata, kien hemm ukoll perikli ta’ tniġġis tal-arja mit-trabijiet, b’konsegwenza tal-istess tiġrif – U minħabba f’hekk, sabiex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni, Graham Attard spjegalna li intuża l-ilma. Infatti, l-ilma ġej minn reserviors li hemm fl-istess akwata.
Id-Deputat Direttur tas-CPD saħaq li issa qed isir wkoll xogħol ta’ paviment madwar il-binja, sabiex it-toroq li preżentament jinsabu magħluqa jerġgħu jinfetħu mill-ġdid għall-pubbliku – dan anke sabiex jiġu mminimizzati riskji ta’ inċidenti oħra fl-istess żona.
Intant, wara s-sitwazzjoni preokkupanti f’Pacevile, matul l-aħħar jiem, il-BCA kienet talbet l-għajnuna tas-CPD sabiex jiskatta l-proċess ta’ controlled demolition – proċess li jidher li qed jitlesta’ wara jiem sħaħ ta’ operazzjoni delikata.
//= $special ?>