Jum il-Missier – jum li fih jiġu imfakkra l-missirijiet kollha tad-dinja. Iżda mhux il-missirijiet kollha jistgħu jqattgħu dan il-jum ma’ wliedhom.
Propju f’dan il-jum hekk speċjali, il-popli tad-dinja jfakkru l-missirijiet. Tifkira lejn dawk l-irġiel kollha li b’xi mod jew ieħor iservu bħala figura paternali – figura li sfortunatament mhux l-ulied kollha jistgħu jgawdu f’dan il-jum.
Fil-Jum tal-ħadd kienu bosta li sellmu lill-missirijiethom fuq il-midja soċjali, min b’sens ta’ sobgħa minħabba mewt u min b’sens ta’ aprezzament għal missirijiet li għadhom f’ħajjithom. Fost l-exieren ta’ posts kien hemm ukoll tal-Kap tal-PN Bernard Grech li sellem il-memorja ta’ missieru.
Intant eluf kbar ta’ missirijiet propju fil-Jum tal-Ħadd kienu qiegħdin fuq xogħol, u b’hekk ma’ setgħux iqattgħu dan il-jum ma’ uliedhom.
Uħud minn dawn il-missirijiet, fil-jum tal-Ħadd, kienu propju fuq is-sit ta’ fejn seħħ it-tiġrif tal-binja l-Erbgħa filgħaxija fl-akwata ta’ Paceville.
Net News tkellem mad-Deputat Direttur tas-CPD Graham Attard, fejn stqarr magħna kif ix-xogħol tagħhom jirrikjedi siegħat twal il-bogħod mill-familja, dan anke waqt li jkunu wkoll f’riskju personali huma stess. U f’jum bħal dan, dik il-firda tinħass dejjem aktar.
Intant hu rringrazzja wkoll lil dawk kollha li qed jagħmlu xogħlhom bl-ikbar sens ta’ dover lejn il-poplu u l-pajjiż filwaqt li awgura wkoll, b’mod speċjali, il-missirijiet li qed jaqdu dmirhom fiż-żona ta’ Paceville.
//= $special ?>