Il-katavri rkuprati mis-sit fejn (nhar il-Ħamis) iġġarraf l-ajruplan ta’ Air India issa qabżu l-270, bit-tfittxija għal akar vittmi qed tkompli fl-inħawi ta’ Ahmedabad.
L-ajruplan, tat-tip Boeing, waqa’ direttament fuq zona residenzjali minuta biss wara li kien beda vjaġġ (minn Ahmedabad) lejn Londra. U fl-aħħar sigħat komplew jinstabu l-mejtin wara l-konferma li kien salva raġel wieħed biss minn fost il-242 passiġġiera u membri tal-ekwipaġġ tal-Boeing.
L-uffiċjali f’Ahmedabad, issa, qed jippruvaw jiddeterminaw kemm-il persuna – residenti f’Ahmedabad – spiċċaw jitilfu ħajjithom fl-artijiet li ġarrbu l-impatt tat-tiġrif. Dan ukoll meta qed ikompli l-proċess fit-tul għall-identifikazzjoni tal-vittmi permezz tal-proċeduri tad-DNA.
Intant, bħalissa għaddejjin il-vejl u s-servizzi biex jonoroaw il-memorja tal-vittmi tat-tiġrif fl-Indja kif ukoll fir-Renju Unit, peress li ħafna minn fost il-passiġġieri maqtula kienu Britanniċi.
//= $special ?>