Kienet suppost ġurnata sempliċi mal-ħbieb, iżda spiċċat f’traġedja li ħalliet komunità sħiħa maħsuda.
Alymane Ed Dafali, żagħżugħ ta’ 16-il sena u oriġinarjament mill-Marokk, tilef ħajtu lbieraħ wara li qabeż fil-baħar biex isalva koppja li kienet f’diffikultà. Il-ġrajja seħħet f’Ferrara, fl-Italja, fejn Alymane kien mar jgħum ma’ tliet sħabu.
Krew pedal boat u kienu f’żona magħrufa għall-kurrenti qawwija tagħha – post fejn anki hu pprojbit li tgħum. Minkejja dan, raġel u mara dehru f’diffikultà fl-ilma. Mingħajr ma ħaseb darbtejn, Alymane qabeż biex jgħinhom.
Iżda l-kuraġġ tiegħu spiċċa swieħ ħajtu. Ma damx ma sparixxa taħt l-ilma, u meta nstab, għalkemm ttieħed mill-ewwel b’ħelikopter lejn l-isptar, kien tard wisq. Il-ħaddiema tas-salvataġġ għamlu dak kollu li setgħu, iżda l-ħajja ta’ dan iż-żagħżugħ ma setgħetx tiġi salvata.
Alymane kien ilu jgħix fl-Italja tliet snin. Huwa ġie mfakkar bħala ġuvni qalbieni, li wera qalb kbira meta kien hemm bżonn; saħansitra sal-aħħar nifs tiegħu.
Għadu mhux magħruf jekk hux se ssir awtopsja.
//= $special ?>