Il-qawwiet Russi sparaw viċin il-200 drone, missili u balal tal-artillerija lejn il-madwar ta’ Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna…Ħafna mill-missili niżlu fil-provinċja ta’ Poltava, lejn il-lvant ta’ Kiev u li kienu jinkludu l-missili ipersoniċi ‘Khinzal’ u oħrajn tat-tip cruise.
Intant, fl-attakki mietu wkoll numru ta’ ċittadini f’Kherson u lejn il-limiti ta’ din il-belt u waqt li l-missili kienu diretti l-aktar lejn il-belt ta’ Kremenchuk li tifforma parti minn Poltava — u fejn anki ntlaqtu xi faċilitajiet tal-enerġija.
Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru Ukreni rappurtaw li waqt l-attakki twaqqgħu madwar 120 drone, b’għexieren oħra ma jolqtux il-miri speċifikati.
Madankollu, jidher li r-Russi lesti biex jużaw dejjem aktar il-missili ipersoniċi waqt l-attakki kontinwi fuq l-Ukrajna. Dawn huma armamenti avvanzati li kapaċi jimmanuvraw u jibdlu d-direzzjoni huma u javviċinaw il-mira b’veloċità qawwija u fejn diffiċli biex ikunu interċettati mis-sistemi tad-difiża.
//= $special ?>