Lokali

Persuna tweġġa’ f’inċident fil-Gżira

Inċident li seħħ fil-Gżira wassal biex persuna kellha bżonn l-assistenza medika u dik tal-awtoritajiet.

Kollox seħħ fi Triq ir-Rebħa l-Kbira, ftit tal-ħin ilu, meta persuna – li għadha mhux magħrufa – waqgħet f’ċirkustanzi li għadhom qed jiġu investigati.

Fuq il-post waslu mal-ewwel membri tal-Pulizija, tim mediku mill-ambulanza u wkoll l-għajnuna mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

S’issa għadu mhux magħruf x’kien eżattament il-kundizzjoni tal-vittma.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin biex jiġi ċċarat x’wassal għal din il-waqgħa.