Futbol Sport

PSG ikomplu fejn ħallew wara r-rebħ tal-UEFA Champions League u jirbħu kontra Atletico Madrid

(Ritratt: EPA)

PSG……………………………4

Ateltico Madrid…………0

PSG: G. Donnarumma, A. Hakimi, Marquinhos, W. Pacho, N. Mendes (L. Hernandez 79′), J. Neves, Vitinha, F. Ruiz (L. Kang-in 70′), D. Doue (I. Mbaye 80′), G. Ramos (S. Mayulu 65′), K. Kvaratskhelia (W. Zaiire-Emery 70′)

A. Madrid: J. Oblak, M. Llorente, R. Le Normand, C. Lenglet, J. Galan (Reinildo 62′), G. Simeone (A. Correa 62′), R. De Paul (C. Gallagher 63′), P. Barrios (A. Sorloth 70′), S. Lino (Koke 46′), J. Alvarez, A. Griezmann

Referee: Ivan Kovacs (Rumanija)

Wara r-rebħa ta’ 5-0 li kisbu fil-finali tal-UEFA Champions League fuq Inter fil-bidu tax-xahar li għadda, PSG komplew bl-aqwa forma tagħhom meta fid-debutt tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs għelbu lil Atletico Madrid 4-0.

PSG marru fil-vantaġġ wara biss 19-il minuta meta kien Fabian Ruiz li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Jan Oblak. It-tim ta’ Luis Enrique għamilhom 2-0 ftit qabel il-mistrieħ meta kien Vitinha fejn wara li avvanza bil-ballun ikkonkluda minn barra l-kaxxa.

Fit-tieni taqsima PSG baqgħu fuq l-offensiva u marru viċin it-tielet gowl meta x-xutt ta’ Khvicha Kvaratskhelia ħabat mal-lasta. Atletico Madrid ħasbu li naqsu l-iskor permezz ta’ Julian Alvarez iżda l-gowl kien imħassar permezz tal-VAR wara fawl fl-azzjoni tal-gowl.

Atletico Madrid sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta fid-79 minuta tkeċċa Jan Oblak wara żewġ karti sofor. It-tim Franċiż approfitta biex ikompli jkabbar il-vantaġġ u għamluhom 3-0 fis-87 minuta meta kien is-sostitut Senny Mayulu li skorja t-tielet gowl. Ir-raba’ gowl kien skorjat fl-aħħar sekondi tal-partita minn penalty ta’ Lee Kang-in.

PSG issa jilagħbu nhar il-Ġimgħa kontra Botafago filwaqt li Atletico Madrid jilagħbu kontra Seattle Sounders fl-istess jum.