Lokali

Robert Aquilina jinħatar rappreżentant ta’ Fondazione Falcone f’Malta

Robert Aquilina bi pjaċir ħabbar li laqa l-istedina tal-Fondazione Falcone biex b’effett immedjat jerġa’ jassumi r-rwol ta’ rappreżentant tagħha f’Malta.

Aquilina b’sodisfazzjon ħabbar ukoll li aċċetta li jservi bħala membru tal-Kunsill Ġenerali tal-istess Fondazione Falcone.

Fi stqarrija hu rringrazzja lit-tmexxija tal-Fondazione Falcone għall-fiduċja li qed terġa’ turi fih, u wiegħed li għal din il-fiduċja se jpatti b’iktar ħidma b’risq il-ġustizzja f’pajjiżna u lil hinn minnu.