Internazzjonali

Seba’ persuni mejta wara li ġġarraf ħelikopter fl-Indja

Seba’ persuni li kienu abbord ħelikopeter tilfu ħajithom.

Il-ħelikopter li kien qed iġorr numru ta’ pelegrini Indjani ġġarraf ftit tal-minuti wara li beda l-vjaġġ tieġħu li kellu jkun twil għaxar minuti biss.

L-inċident seħħ f’Uttakhand, u l-ħelikopter kien fi triqtu lejn Guptkhasi, sit rinomata ferm għall-pelegrinaġġi.

Dan l-inċidenti seħħ tlett ijiem wara li ġġarraf ajruplan tal-Air India inqas minn minuta wara li beda l-vjaġġ. Bl-Ajruplan Boeing 787 jibqa’ dieħel f’kulleġġ mediku u joqtol 241 persuna abbord u 29 persuna li kienu f’din iz-zona residenzjali.

Intant, huwa mifhum li l-ħelikopter iġġarraf minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, bl-awtoritajiet iniedu operazzjoni ta’ salvataġġ.