Iċ-ċiklist Sloven Tadej Pogacar rebaħ l-ewwel Criterium du Dauphine tal-karriera tiegħu wara li fl-istadju finali tal-Ħadd irnexxielu jtemm fit-tielet post.
Ir-rebbieħ renjanti tat-Tour de France kellu bidu mill-aqwa hekk kif kellu vantaġġ ta’ minuta u sekonda fuq l-eqreb rival tiegħu Jonas Vingegaard.
Pogacar qal li din kienet ġimgħa mill-aqwa għalih hekk kif temm b’vantaġġ ta’ 58 sekonda. Hu żieda ifaħħar it-tim tiegħu fejn qal li għalissa se jkun qed jistrieħ ftit qabel ma’ jibda t-Tour de France.
Pogacar sar it-tielet ċiklista li rebaħ dan l-unur wara l-Franċiżi Louison Bobet u Bernard Hinault.
//= $special ?>