L-attakki mwettqa minn Iżrael fuq l-Iran, wasslu għall-qtil ta’ 224 persuna.
Ħabbar dan il-Ministeru tas-Saħħa tal-Iran fejn sostna li dan in-numru jammonta għal kważi mija aktar mill-128 persuna li ġew irrapurtati maqtula sa nofs il-jum tas-Sibt. Il-Ministeru tenna wkoll li 1,277 persuna ndarbu waqt l-attakki.
Apparti minn hekk, l-Iran ikkonferma li l-Kap tal-Islamic Revolution Guards Corps (IRGC) intelligence unit, Mohammad Kazemi, inqatel matul l-attakki ta’ Iżrael il-Ħadd.
Il-President tal-Istati Unit, Donald Trump, stqarr li “Iżrael u l-Iran għandhom jilħqu ftehim, u se jilħqu ftehim” filwaqt li temm jgħid li “dalwaqt se jkollna l-paċi”.
B’reazzjoni għal dan, il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu sostna li anke jekk l-Iran jaqbel li jieqaf jispara missili fuq Iżrael bħala parti minn kwalunkwe ftehim, dan ma jfissirx li se jieqfu jiżviluppaw il-kapaċità nukleari tagħhom.
Temm billi qal li “l-kwistjoni hawnhekk mhix id-deeskalazzjoni. Il-kwistjoni hawnhekk mhix waqfien mill-ġlied. Il-kwistjoni hija li nwaqqfu dawk l-affarijiet li jheddu s-sopravivenza tagħna.”
//= $special ?>