Futbol Sport

Bidu mill-aqwa għal Chelsea quddiem attendenza fqira

Chelsea………………………2

Los Angeles FC…………0

Chelsea: R. Sanchez, R. James (M. Gusto 46′), T. Adarabioyo, L. Colwill, M. Cucurella, M. Caicedo (D. Essugo 83′), R. Lavia (E. Fernandez 46′), C. Palmer (C. Nkunku 84′), P. Neto, N. Jackson (T. George 63′), N. Madueke (L. Delap 63′)

Los Angeles FC: H. Lloris, S. Palencia, A. Long, E. Segura, R. Hollingshead, I. Jesus (F. Amaya 81′), M. Delgado (Y. Yeboah 87′), T. Tillman (Marlon 87′), N. Ordaz (D. Martinez 38′), J. Ebobisse (O. Giroud 46′), D. Bouanga

Referee: Jesus Valenzuela Saez (Venezwela)

Fil-Mercedes-Benz Stadium quddiem attendenza fqira, Chelsea bdew l-impenji tagħhom fi Grupp D fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs b’rebħa ta’ 2-0 fuq Los Angeles FC.

Fl-ewwel minuti tal-partita, Los Angeles irnexxielhom jikkontrollaw lil Chelsea iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin il-pressjoni tal-Blues kompliet iżżid. L-ewwel azzjoni perikoluża waslet fil-21 minuta meta minn pass ta’ Moises Caicedo kien xutt sabieħ ta’ Cole Palmer li għadda ħarira fuq il-lasti ta’ Hugo Lloris.

Chelsea fetħu l-vantaġġ fl-34 minuta, meta minn azzjoni ta’ Nicolas Jackson, kien Pedro Neto li kkonkluda wara li qabeż lil Ryan Hollingshead.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ ma nbidilx bit-tim ta’ Enzo Maresca jibqa’ jkun perikoluż. Chelsea rduppjaw fit-80 minuta meta kienu ż-żewġ sostituti li kkombinaw bejniethom għat-tieni gowl. Kien id-debuttant Liam Delap li bi cross preċiż sab lil Enzo Fernandez li kkonkluda għal wara Lloris.