Futbol Sport

Bjorn Kristensen se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Hibernians…iżda Kurt Shaw għadu qed jistenna

Bjorn Kristensen se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Hibernians…iżda Kurt Shaw għadu qed jistenna
Bjorn Kristensen se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Hibernians…iżda Kurt Shaw għadu qed jistenna

Aħbar tajba fil-klann ta’ Hibernians F.C.. Sorsi infurmati sew fil-klann tat-tim li għadu kemm iċċelebra r-rebħ tal-Meridianbet FA Trophy, l-iskwadra minn Raħal Ġdid mistennija tħabbar l-estejnsjoni tal-kuntratt tal-captain tat-tim, Bjorn Kristensen.

Il-kuntratt tal-midfielder internazzjonali Malti jiskadi fl-aħħar tal-istaġun 2024/25, u l-paġna ta’ Replay tinsab infurmata li fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ klabbs li esprimew l-interess tagħhom fl-akkwist tal-plejer ta’ 32 sena.

Kristensen, li għal dawn l-aħħar snin kien wieħed mill-plejers Maltin li ta kontribut fi kwalunkwé suċċess miksub mit-tim, għażel li jibqa’ mat-tim li dejjem kien leali lejħ f’pajjina, Hibernians.

L-estensjoni tal-kuntartt ta’ Kristensen ma’ Hibernians għadu jrid jitħabbar b’mod uffiċjali mill-klabb.

Fl-istess waqt, il-Pawlisti għadhom qed jistennew x’se tkun id-deċiżjoni tad-difensur internazzjonali Malti, Kurt Shaw li bħal Kristensen jinsab fit-tmiem tal-kuntratt tiegħu.

Skont dak li qed tirraporta l-paġna ta’ Replay fuq Facebook, ix-xewqa attwali ta’ Shaw hi li jirnexxilu jkompli l-karriera tiegħu lilhinn minn xtutna u għalhekk għadu jrid jieħu deċiżjoni dwar kuntratt ġdid.